Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Smoothie tal-Banana u t-Tamal

Dan l-ismoothie huwa tajjeb ghas-sahha u huwa ideali bhala ‘snack’ bejn ikla u ohra. Il-banana tghin biex taghtik konsistenza aktar rikka u kremuza li tinghogob zgur.

Isservi 10
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 50 minuta

Lamb Brand Oat Flakes 3 sa 4 mgharef

Lamb Brand Nutmeg ponta ta’ kuccarina

Hello Apple 100% Juice 100ml

Goldstar Dates 50g imqatta’

Tuffieha 1, mqaxxra u minghajr zerriegha

Banana 1, mqattgha

Yoghurt Plain 125ml, imkessah

Halib Xkumat jew tas-Soya 100ml

Ilma 236ml

Go kazzola poggi t-tamal, it-tuffieh u l-ilma. Zid maghhom il-hafur (oat flakes) u n-nocemuskata (nutmeg). Hallih jiftah jaghli, imbaghad hallih itektek fuq nar baxx ghal madwar 7 jew 10 minuti. Halli t-tahlita tiksah ftit u aghmilha go blender flimkien mal-bqija tal-ingredjenti u hawwad kollox sakemm tigi konsistenza kremuza.

Din it-tahlita kremuza tista’ taghmilha aktar mahlula skont il-gosti tieghek billi zzid halib jew meraq tat-tuffieh.