Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Brodu tac-canga u l-ghads

Jekk tixtieq tipprova ftit ricetti godda ghal dan iz-zmien tax-xitwa din ir-ricetta hija ideali ghalik.

Maghmulha minn ingredjenti bnini u mimlijin proteini dan il-brodu huwa ideali kemm bhala starter kif ukoll bhala ikla hafifa.

 

 

Hin ta’ preparazzjoni u tisjir: 120 minuta

Isservi: 4

 

X’ghandek bzonn:

Lamb Brand Red Split Lentils 200g (mlahalhin)

Lamb Brand Plain Flour, 1 mgharfa

Lamb Brand Dried Oregano, ½ kuccarina

Lamb Brand Dried Coriander, ¾ kuccarina

Lamb Brand Table Salt (ghat-toghma)

Lamb Brand Ground Black Pepper (ghat-toghma)

Canga tal-brodu  125g, mqattgha bicciet kwadri

Karrotti 2 kbar, mqattghin

Karfus 1 zokk, mqattgha

Basla Kbira ½ , mqattgha

Tewm 3 sinniet, mqattghin

Kurrat 1, mqattgha hafif

Inbid Abjad 50ml

Parmeggjan 20g, mahkuk

Zejt taz-zebbuga 15ml 

Tursin Frisk (ghat-tizjin)

 

X’ghandek taghmel:

 

Go kazzola kbira ghalli 1.5L ilma. Zid l-ghads, ic-canga, il-kurrat, il-karrotti, il-karfus, ir-rignu u l-kosbor. 

Halli t-tahlita tiftah taghli, aghmilha fuq nar baxx, ghatti u halliha ttektek ghal 40 minuta.

 

Nehhi c-canga, saffiha sew u aqli fiz-zejt go tagen fuq nar gholi. 

Hawwar bil-bzar u l-melh u halli c-canga tinqela ghal madwar 8 minuti sakemm tismar. 

Zid il-basal u t-tewm u halli jinqlew ghal madwar 15-il minuta filwaqt li thawwad it-tahlita spiss. 

Ferrex id-dqiq fuq il- laham u hawwad sakemm id-dqiq ikun smar. Ferra 110ml mit-tahlita tal-ghads fit-tagen u hawwad. 

Zid l-inbid u sajjar ghal madwar minuta ohra.

Ferra it-tahlita tac-canga lura fil-kazzola mat-tahlita tal-ghads u halli jtektek ghal 15-il minuta jew sakemm l-ghads ikun irtab.

Hawwar bil-bzar u l-melh, zid it-tursin u servi bi ftit parmeggjan.