Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Torta tal-Coconuts u z-Zbib.

Ghandek il-mistednin ghall-ikla ta’ nofsinhar u tixtieq taghmel dezerta hafifa jew trid xi haga tajba ghal hin it-te? Mela din hija r-ricetta li kont qieghda tfittex. Facli biex taghmilha, issir malajr u hafifa, hija ikla li tmur tajjeb ghal mal-hajja tal-lum.

Isservi 16
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 90 minuta

Lamb Brand Castor Sugar 225g

Lamb Brand Pure Ground Almonds 75g

Lamb Brand Coconut 100g

Lamb Brand Black Raisins 100g

Lamb Brand Candied Peel 50g

Molino Rice Flour 125g

Butir 200g

Laringa 1, kbira, qoxra mqattgha rqiqa

Bajd 2, mhabbtin hafif

Ghall-Bazi:

Lamb Brand Flour ‘00’ 225g

Lamb Brand Icing Sugar 75g

Lamb Brand Corn Flour 50g

Lamb Brand Table Salt niskata

Butir 225g

Marmalade tal-Laring 200g

Sahhan il-forn fuq 180°C. Ghall-bazi, hawwad flimkien il-butir u l-icing sugar go skutella sakemm jiccara l-kulur u t-tahlita tigi hafifa. Gharbel id-dqiq u l-corn flour u zidhom flimkien mal-melh u mat-tahlita tal-butir, hawwad sew sakemm tifforma l-ghagina. Idlek dixx ta’ madwar 20cm x 30cm, u 5cm fond bil-qiegh jinqala’, importanti li ma tghattix il-gnub u zzomm l-ghagina livell wiehed. Taqqab l-ghagina bil-furketta u sajjar gol-forn diga msahhan ghal madwar 16/18-il minuta sakemm tiehu lewn car ta’ gallettina. Nehhi mill-forn u halliha tibred, iksiha bilmarmalade u halli spazju ta’ 1cm mit-tarf. Idlek il-gnub tad-dixx, b’iktar butir.

Ghall-mili, habbat il-butir mal-castor sugar ghal madwar 5 minuti go mixer, sakemm tigi konsistenza hafifa. Zid il-qoxra tal-laring u wara l-bajd imhabbat. Zid mat-tahlita l-lewz midhun, id-dqiq tar-ross, kif ukoll il-coconut, iz-zbib u l-konfettura. Zid it-tahlita fuq il-bazi, ifrixha bil-mod sat-tarf tad-dixx. Sajjar ghal madwar 40 minuta sakemm tigi lewn id-deheb, nehhi mill-forn u halliha tiksah fid-dixx. Ghaddi sikkina mat-tarf tad-dixx sakemm tinqala’ t-torta minn mad-dixx u nehhi l-gnub bil-mod. Aqta’ fi slajsis u serviha f’temperatura tal-kamra.