Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Kejk tal-Milied b'hafna Frott

Din ir-ricetta tal-kejk tal-Milied hija iktar tajba ghas-sahha mir-ricetti tas-soltu. Dan il-kejk huwa ideali bhala rigal meta tkun mistieden ghand xi hadd fi zmien il-Milied jew sempliciment bhala dezerta wara l-ikel. Dan il-kejk zgur se jhallik tnaqqar sa l-ahhar farka.

Taghmel kejk tond ta’ madwar 20.5cm
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 120 minuta

Lamb Brand Wholemeal Flour 225g

Lamb Brand Baking Powder 1 kuccarina

Lamb Brand Mixed Spice 1 kuccarina

Lamb Brand Black Raisins 115g

Lamb Brand Sultana 115g

Lamb Brand Currants 230g

Goldstar pitted Dates 175g

Life Pitted Prunes 115g

Hello Orange Juice 200ml, unsweetened

Ghasel Iswed 2 tbsp

Qoxra tal-Lumi 1 kuccarina, mahkuka rqiqa

Qoxra tal-Laring 1 kuccarina, mahkuka rqiqa

Bajd 3, kbar

Ghat-Tizjin:

Lamb Brand Hazelnuts 75g

Lamb Brand Blanched Almonds 75g

Lamb Brand Walnuts halves 75g

Lamb Brand Glace Cherries 100g

Lamb Brand Candied Peel 50g

Gamm tal-berquq 2-3 mgharef, mahlul

Ghasel 1 mgharfa (jekk trid)

Idlek landa fonda u tonda madwar 20.5cm (8”) ghall-kejk. Qatta’ t-tamal u l-pruna u poggihom f’kazzola. Zid maghhom il-‘juice’ tal-laring u hallih jiftah jaghli. Hallihom isiru ghal madwar 10 minuti sakemm jirtabu. Nehhi minn fuq in-nar u ghaffeg il-frott sakemm jigi puree. Zid l-ghasel iswed, il-qoxra tal-lumi u l-qoxra tal-laring, hawwad u halli t-tahlita toqghod u tiksah. Sadanittant gharbel id-dqiq, il-‘baking powder’ u l-hwawar go skutella. Zid il-bqija tal-frott u t-tahlita li tkun ippreparajt, haffer hofra fin-nofs, habbat l-isfar tal-bajd, zidu mat-tahlita u hawwad sew biex tghaqqad l-ingredjenti kollha.

Go skutella ohra habbat l-abjad tal-bajd sakemm jaghqad, zidu mat-tahlita u hawwad sew. Poggi t-tahlita fil-landa li tkun diga ppreparajt u sajjar go forn diga msahhan fuq 170° (325°F) ghal madwar siegha u nofs. Hallih joqghod u jiksah fil-landa qabel izzejnu. Sadanittant inkalja l-lewz, il-gellewz u l-gewz. Nehhi l-kejk mil-landa u iksi l-wicc bilgamm mahlul (holl il-gamm billi zzidlu mishun ftit ftit, sakemm jigi mahlul kemm tixtieq int), ifrex ic-cirasa u t-tahlita tal-lewz fuq il-wicc u erga’ iksi bil-gamm jew ghasel.

Dawwar coff mad-dawra tal-kejk biex ikun komplut.