Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Pulpetti tal-Fazola

Din ir-ricetta tal-pulpetti tal-fazola tiehu xehta differenti biz-zieda talbanana u tliet tipi ta’ fazola minflok laham bhala alternattiva aktar sustanzjuza. Dawn iz-zewg ingredjenti jwasslu ghal ikla iktar bnina u ezotika meta tikkumparha mar-ricetta tal-pulpetti tradizzjonali.

Isservi ikla ghal 4 - 6
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 30-35 minuta
Minghajr Gluten

Lamb Brand Cannellini Beans 200g

Lamb Brand Red Kidney Beans 200g

Lamb Brand Chickpeas 200g

Lamb Brand Table Salt ghat-toghma

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Il Molino Chickpea Flour 2 imgharef

Basla 1 kbira

Banana 1 kbira

Tewma 1 sinna

Lumi 1/2 wahda maghsura

Paprika 2 imgharef

Bajd 2, 1 shiha 1 abjad

Chives Frisk 2 imgharef imqattghin sew

Tursin Frisk 2 imgharef imqattghin sew

Butir 2 imgharef

Zejt Vegetarjan ghall-qali

Tista ‘zzid 150g bacon biex ittejjeb ir-ricetta.

Xarrab il-fazola go kontenituri separati ghal ta’ l-inqas 5 sighat (biddel l-ilma kull siegha jekk possibli). Sajjar il-fazola go kazzola wahda fuq nar gholi sakemm jaghli l-ilma, baxxi n-nar u sajjar sakemm jirtab. Saffi l-fazola mill-ilma u ghaffighha, sadattant qaxxar u qatta’ l-basal u t-tewm u sajjar go tagen biz-zejt. Qaxxar il-banana, qattaghha f’bicciet kwadri zghar u zid fit-tagen. X’hin tirtab, nehhi minn fuq in-nar u zidha mat-tahlita tal-fazola. Nehhi x-xaham zejjed minn mal-bacon u qattghu bicciet.

Sajjar il-bacon go tagen jahraq fuq nar medju. X’hin isir poggih fuq sarvetta tal-karti biex jinxtorob iz-zejt zejjed. Zid mat-tahlita u hawwad sew. Zid il-bqija tal-ingredjenti minbarra l-butir u hawwad kollox sew. Halli t-tahlita toqghod ghal madwar nofs siegha gol-frigg biex tilhaq tinxef u taghqad izjed. Ifforma t-tahlita f’pulpetti, iksihom bid-dqiq tac-cicri (chickpea flour), u aqli fiz-zejt u l-butir ghal madwar 4 minuti fuq kull nahha. Jistghu jisservew bhala ikla, mal-insalata jew bhala ‘hamburger’.