Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Ghagin bil-Fazola Hamra

Jekk trid alternattiva ghall-ghagin tradizzjonali biz-zalza hamra, din ir-ricetta nutrittiva u tajba hija s-soluzzjoni ghalik. Hija ideali wkoll ghal dawk li huma vegetarjani.

Isservi 5
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 30 minuta

Lamb Brand Red Kidney Beans 200g

Che’ Pasta Penne Rigate 500g

Tewm 3 sinniet mqatta’

Tursin Frisk ½ kikkra mqatta’

Zejt taz-Zebbuga 4 imgharef

Bzar Ahmar (Red Chilli) ponta ta’ kuccarina, jekk trid

Xarrab il-fazola mil-lejl ta’ qabel jew ghal 5 sighat. Biddel l-ilma u sajjar sakemm il-fazola tirtab. F’tagen, aqli t-tewm u t-tursin fi ftit zejt taz-zebbuga. Zid il-bzar ahmar, jekk trid. Sajjar sakemm jismar ftit it-tewm. Importanti li ma thallix it-tewm jinharaq.

Zid il-fazola l-hamra diga misjura u ftit mill-ilma li tkun sajjartha fih. Sajjar ghal madwar 15 jew 20 minuta. F’borma ohra sajjar l-ghagin skont l-istruzjonijiet talpakkett. Saffi mill-ilma u zomm ftit minnu. Erga’ poggi l-ghagin fl-istess borma. Zid it-tahlita tal-fazola u hawwad sewwa. Jekk jixxotta zid fi kwantitajiet zghar, l-ilma tal-ghagin li tkun warrabt. Hallat sew, poggi f’dixx u servi. Hawwar bi ftit gobon tal-ghazla tieghek.