Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Torta tal-Ghads u Bzar Ahmar

Din ir-ricetta hija iktar nutrijenti u tajba ghas-sahha ikkumparata ma torti ohrajn permezz tal-ghagina ‘wholemeal’ u l-mili li jinkludi l-ghads. Tista tisserva bhala ‘starter’ jew bhala ikla hafifa ta’ malajr; jekk tkun maqtuha f’bicciet zghar din it-torta hija wkoll ideali bhala tnaqqir ghal-waqt xi festin jew avveniment.

Isservi ikla ghal 4 - 6
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 60 minuta

Ghall-mili:

Lamb Brand Ghads Ahmar 175g mahsul

Lamb Brand Bzar Midhun ghat-toghma

Saf Instant Yeast Extract kuccarina

Stokk tal-Haxix 300ml

Margerina 15g

Kunserva mgharfa

Basla 1 mqattgha

Bzar Ahmar 2, mnaddfin u mqattghin

Tursin Frisk 3 mgharef, imqatta

Ghall-ghagina:

Lamb Brand Wholemeal Flour 225g

Margerina 100g

Ilma 4 mgharef

Bajda 4, mhabbta

Ghall-ghagina:

Gharbel id-dqiq u poggieh go kontenitur, zid il-margerina u hawwad b’idejk sakemm it-tahlita tigi qisha frak tal-hobz. Zid l-ilma u hawwad b’idejk sakemm tifforma l-ghagina. Ghamilha forma kwadra u iksiha bi ‘stretch & seal’ u halliha toqghod fil-frigg ghal madwar 30 minuta.

Ghall-mili:

Poggi l-ghads mahsul go kazzola flimkien ma’ l-istokk fuq nar gholi sakemm jaghli. Hallih fuq nar baxx sakemm l-ghads jirtab u jkun jista’ jsir maxx. Holl ilmargerina go kazzola zghira, zid il-basal u l-bzar ahmar u aqli sakemm jirtabu. Zid l-ghads, kunserva, tursin u bzar ghat-toghma. Ifrex ftit dqiq u iftah l-ghagina, poggiha go turtiera ta’ madwar 24cm/9½’’, b’qiegh li jista’ jinqala’. Habbat il-bajda u izboh l-ghagina biex taghlaqha u b’hekk ma tassorbix il-mili u l-ghagina ma tixxarrabx. Imla bit-tahlita u sajjar go forn ga msahhan fuq 200°C ghal madwar 30 minuta jew sakemm taghqad.