Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Gallettini bil-Hafur, Zbib u Tuffieh

Dawn il-gallettini huma sustanzjuzi u rikki fit-toghma helwa li tipprovdi n-natura fil-frott taghha. Zgur se jintoghgbu mit-tfal bhal ikla hafifa. Dawn il-gallettini jistghu jinghataw bhala rigal meta tkun mistieden ghall-ikel.

Taghmel 10
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 50 minuta

Lamb Brand Oat Flakes 175g

Lamb Brand Black Raisins 125g

Lamb Brand Castor Sugar 100g

Lamb Brand Plain Flour 50g

Lamb Brand Sesame Seeds 4 kuccarini

Lamb Brand Baking Powder ½ kuccarina

Lamb Brand Fine Table Salt ½ kuccarina

Butir 50g

Bajda 1, mhabbta

Tuffieh 2, mahkukin f’daqs medju

Go skutella, hawwad flimkien il-butir u z-zokkor sakemm it-tahlita tigi hafifa. Zid il-bajda imhabbta ftit ftit u hawwad sew sakemm jithallat kollox. Gharbel id-dqiq, il-melh u l-baking powder u zid mat-tahlita u hawwad sew.

Zid il-hafur (oat flakes), iz-zbib (black raisins), it-tuffieh mahkuk u l-gunglien (sesame seeds) u hawwad sew flimkien. Aqsam it-tahlita f’ammonti ta’ mgharfa u poggihom ftit imbieghdin minn xulxin fuq dixx midluk bi ftit butir u ccattjahom ftit.

Sajjar go forn ga msahhan fuq 180°C ghal madwar 15-il minuta. Hallihom jibirdu ftit fid-dixx, imbaghad poggihom fuq ‘cooking rack’.