Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Torta tal-Lampun bil-Crumble tal-Oats

Din ir-ricetta hija semplici pero delizzjuza. Ideali bhala xi haga helwa ghal wara gurnata twila x-xoghol. It-toghma helwa tal-lampun u l-passolina u n-nutrizzjoni tal-hafur joholqu ricetta bhal qatt qabel.

Taghmel 25 x 30cm dixx. Isservi 24
Hin ta' tisjir u meditazzjoni: Madwar 90 minuta

Ghall-Ghagina:

Lamb Brand Flour 00 350g, maghrbul

Lamb Brand Castor Sugar 50g

Butir 200g, imqatta dadi

Bajd 2, ftit imhabbtin

Ghall-Mili:

Lamb Brand Corn Flour 1 mgharfa

Lamb Brand Currants 200g

Lampun (Raspberries) 300g

Ghall-‘Crumble’:

Lamb Brand Flour 00 85g, maghrbul

Lamb Brand Oat Flakes (hafur) 85g

Lamb Brand Castor Sugar 100g

Lamb Brand Ground Cinnamon 1 kuccarina

Butir 125g, imqatta dadi

Ghall-‘Crumble’: Hawwad id-dqiq mal-hafur, zokkor u kannella. Zid maghhom il-butir u ahdimom flimkien sakemm jaqad ftit u jigu qishom frak tal-hobz.

Ghall-Ghagina: Poggi d-dqiq, z-zokkor u l-butir go food processor, u ghaddihom ftit minnha u fl-istess hin zid il-bajd mhabbat bil-mod, kompli hawwad sakemm tifforma ghagina.

Ghall-Mili: Hawwad il-corn flour, il-lampun u l-passolina go skutella. Biex taghmel it-torta, ghafas l-ghagina go dixx ta’ madwar 25cm x 30cm miksi bil-butir. Ifrex it-tahlita tal-frott fuqha u ghattihom bil-‘crumble’. Ghafas bil-mod l-isfel. Sajjar go forn ga msahhan fuq 200°C ghal 20 minuta u mbghad baxxi t-temperatura ghal 160°C u kompli sajjar ghal 30 minuta ohra. Hallih jiksah u aqta’ f’bicciet kwadri qabel ma’ sservi.