Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Torta tal-Berquq Imnixxef

Din hija ricetta ideali bhala dezerta, pero ghal xi festin jew avveniment tista’ taghmilha f’forma ta’ pastini billi titpogga go turtiera kwadra u tinqata’ f’bicciet zghar.

Isservi ikla ghal 6 sa 8
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar siegha u 15-il minuta

Ghall-mili:

Lamb Brand Apricots 675g

Lamb Brand Blanched Almonds 50g, mqatta’

Hello Apple Juice 900ml

Zokkor 675g, msahhan

Lumi 2

Ghall-ghagina:

Lamb Brand Auntie’s Mix 150g

Lamb Brand Castor Sugar 25g

Butir 125g

Ilma 1 tbsp

Xarrab il-berquq fil-juice tat-tuffieh matul il-lejl. Poggi t-tahlita go borma flimkien mal-meraq tal-lumi, u l-qoxra tal-lumija, hallih jiftah jaghli u hallih isir fuq nar baxx ghal madwar 20-25 minuta.

Sahhan kemm kemm iz-zokkor go tagen mghotti, minghajr ma thallih jinhall. Zid iz-zokkor msahhan, hallih jiftah jaghli ghal madwar 15-20 minuta. Nehhi minn fuq in-nar u zid il-lewz imqatta’. Halliha toqghod u pprizervaha go vazett ghal uzu aktar tard.

Gharbel id-dqiq, zid il-’castor sugar’, qatta’ l-butir f’bicciet kwadri zghar u ghaginhom fid-dqiq, sakemm jiehdu xehta ta’ frak tal-hobz. Zid mgharfa ilma, ifforma l-ghagina fit-tond, ghattiha bi ‘stretch and seal’ u halliha toqghod ghal madwar nofs siegha.

Iftah l-ghagina, poggiha go dixx tond u mliha bil-mili tal-berquq. Ahmi ghal madwar kwarta, zid il-bqija tal-lewz u sajjar ghal 5 minuti ohra.