Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Kejk tal-Frott tal-Milied

Din hija ricetta rikka u bnina sinonima ma’ zmien il-Milied. Suppost li ssajjar dan il-kejk lejn nofs Novembru biex jilhaq joqghod u tkun tista’ xxarbu bi ftit xorb bhal whisky, brandy jew rum minn zmien ghal zmien. Tista’ wkoll tiksieh bil-marzipan u wara b’wahda mir-ricetti tal-Icing.

(Dawn ir-ricetti jistghu jinstabu fil-kategorija tal-Helu).

Taghmel landa ta’ 25cm
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 150 minuta

Lamb Brand Self Raising Flour 300g

Lamb Brand Brown Sugar 200g

Lamb Brand Sultanas 200g

Lamb Brand Currants 200g

Lamb Brand Golden Raisins 100g

Lamb Brand Black Raisins 100g

Lamb Brand Candied Peel 100g

Lamb Brand Glace Cherries 100g

Lamb Brand Almonds 100g

Lamb Brand Hazelnuts 100g

Lamb Brand Ground Cinnamon 1 kuccarina

Lamb Brand Mixed Spice 1 kuccarina

Lamb Brand Bicarbonate of Soda ¼ kuccarina

Lamb Brand Table Salt ½ kuccarina

Bajd 6

Brandy 3 imgharef

Ghasel Iswed 1 mgharfa

Qoxra ta’ Lumija 1

Margerina 250g

Gharbel id-dqiq u zid il-kannella (cinnamon), hwawar (mixed spice), bicarbonate of soda u melh. Go kontenitur separat hallat sultana, passolina (raisins), zbib (currants), konfettura (candied peel), cirasa (cherries), lewz (almonds) gellewz (hazelnuts) u l-qoxra tal-lumija. Go kontenitur iehor hawwad il-bajd u l-brandy. Uza mixer biex thawwad il-margerina, iz-zokkor ismar (brown sugar) u l-ghasel iswed sakemm isir krema, mbaghad zid ftit ftit it-tahlita tad-dqiq u kompli hawwad. Zid it-tahlita tal-bajd u t-tahlita tal-frott u ibqa’ hawwad sakemm jithallat kollox sew. Idlek landa bi ftit margerina u iksi b’karta tat-tisjir. Orbot karta hoxna ma’ barra tallanda u itfa’ t-tahlita u sajjar go forn imsahhan 135°C ghal madwar saghtejn jew sakemm sikkina tohrog nadifa meta ddahhalha fin-nofs tal-kejk. Ohrog il-kejk mill-forn u hallieh jiksah go l-istess landa. Tista’ wkoll tiksieh bil-marzipan u wara b’wahda mir-ricetti tal-Icing.

(Dawn ir-ricetti jistghu jinstabu fil-kategorija tal-Helu).