Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Kannelloni Mimli l-Forn

 

Din hija ikla pjuttost tajba kemm bhala l-ewwel platt kif ukoll bhala t-tieni platt akkumpanjat mas-soppa tal-ghads ahmar u xi insalata friska, b’xi vinaigrette tal-mustarda u xi gewz imfarrak.

Isservi 4 bhala t-tieni platt u 8 bhala l-ewwel platt.
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 70 minuta

 

 

Ghall-Mili:

Lamb Brand Corn Flour 1-2 mgharef

Lamb Brand Walnuts 100g, mfarrak

Lamb Brand Black Ground Pepper, ponta ghat-toghma

Lamb Brand Fine Salt, ponta ghat-toghma

Lamb Brand Ground Nutmeg, ponta

Life Sun Dried Tomatoes 100g, mqatta’

Pastificio Bolognese Cannelloni 250g

Kapuljat tat-tigieg 500g

Irkotta 150g

Gobon Feta 200g

Kurrat 2 ta’ daqs medju, mqatta’ zghir

Tewm 2 sinniet, imfarrak

Extra Virgin Olive Oil 4 mgharef

Butir mhux Mielah 2 mgharef

Stokk Vegetali 1 kikkra

Ghaz-Zalza:

Lamb Brand Crushed Hot Chili ponta (jekk trid)

Lamb Brand Black Ground Pepper, ponta ghat-toghma

Lamb Brand Fine Salt ponta ghat-toghma

Extra Virgin Olive Oil 4 mgharef

Basla 1 medja, mqaxxra u mqatta’ rqiqa

Tewm 4 sinniet, mqattghin

Tadam Frisk 9g, mqaxxar, mqatta’ u bla zerriegha

Ghat-Tizjin:

Lamb Brand Breadcrumbs 90g

Gobon 45g, mahkuk

Tursin Frisk mqatta’

Il-mili: Sahhan iz-zejt go kazzola medja, zid il-kurrat u t-tewm. Zid it-tadam imqadded u sajjar bil-mod, zid l-istokk ftit ftit jekk ikun hemm bzonn. Zid ilkapuljat u sajjar ghal 10 minuti, hawwad kultant hin. Holl il-cornflour mal-bqija tal-istokk u zidu mat-tahlita u sajjar fuq nar gholi u zid il-bzar u l-melh. Zid l-irkotta u l-gobon feta u hawwad sew. Fl-ahhar, zid il-gewz, nocemuskata (nutmeg), ilbutir u hawwad kollox f’daqqa sakemm jifforma paste. Hallih joqghod u jiksah qabel timla l-kannelloni.

Iz-zalza: Go tagen medju sahhan iz-zejt, zid il-basal u hawwad ta’ spiss sakemm il-basla tirtab, zid it-tewm u sajjar ghal madwar 2 minuti. Baxxi n-nar, zid it-tadam frisk u c-chilli. Itfa’ l-bzar u l-melh u hallih fuq nar baxx ghal madwar 20 minuta. Hallih jiksah w aghsru. Imla l-kannelloni bit-tahlita u poggihom go dixx bil-butir. Zid iz-zalza u fl-ahhar zid it-tahlita tal-frak tal-hobz u tal-gobon. Sajjar go forn imsahhan fuq 180°C ghal madwar 15-20 minuta. Zejjen bi ftit tursin imqatta’ qabel isservi.