Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Pizza Rustika

Jekk thobb thallat ingredjenti tradizzjonali ma’ ohrajn godda, din irricetta toghgbok zgur. Hija tajba bhala ikla jew bhala appetizer.

Taghmel 1 pizza u sservi 2 porzjonijiet
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 60 minuta

 

Ghall-Ghagina:

Lamb Brand Deep Pan Pizza Mix 250g

Ilma 125ml, shun

Zejt taz-Zebbuga 10ml

Ghall-Mili:

Lamb Brand Sesame Seeds 2 imgharef

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Table Salt ghat-toghma

Perzut tad-Dundjan 12-il slajs

Gobon Gruyère 12-il slajs

Rikotta 200g

Spinaci Frisk 80g

Zejt taz-Zebbuga 2 mgharef

 

Ghall-Ghagina: Gharbel it-tahlita go skutella u zid maghha z-zejt u l-ilma. Ahdem b’idejk sakemm tifforma ghagina, iffurmaha f’ballun u halliha toqghod ghal ghaxar minuti f’post shun, mghottija b’sarvetta. Iftah l-ghagina fuq wicc miksi bid-dqiq, halliha hxuna ta’ madwar 7mm u poggiha go dixx tond midluk bi ftit butir. Halliha toqghod f’post shun ghal madwar 20 minuta ohra.

Biex Taghmel il-Pizza Rustika: Idlek l-ghagina biz-zejt taz-zebbuga, ifrex is-slajsis tad-dundjan, u wara zid il-gobon gruyère. Hallat l-irkotta u l-ispinaci mqatta’ u ifrex mal-wicc. Irwi l-ghagina zejda fuq il-mili biex tghatti kwart tal-mili. Uza ftit bzar u melh ghat-toghma, itfa’ ftit zejt taz-zebbuga u l-gunglien (sesame seeds). Sajjarha go forn ga msahhan fuq 220°C ghal kwarta. Aqta’ f’bicciet u servi.