Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Mince Pies

Din hija ricetta verament Ingliza li nxterdet mal-pajjizi tal-Commonwealth fosthom Malta. Bla dubju li hemm diversi verzjonijiet ta’ din ir-ricetta u fi zmien il-Milied kulhadd irid idewqek tieghu. Il-mince pies jistghu jisservew mat-te wara l-ikla ta’ nofs inhar izda jaghmlu wkoll rigal verament sabih u mill-qalb.

Taghmel 50
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 100 minuta

Biex taghmel il-Mili:

Lamb Brand Sultanas 200g

Lamb Brand Currants 200g

Lamb Brand Candied Peel 100g

Lamb Brand Mixed Spice 1 kuccarina

Lamb Brand Hazelnuts 100g

Lamb Brand Almonds 100g

Life Prunes 200g, imqattgha

Life Apricot (Berquq) 200g, imqatta’

Persian Palm Dates 200g, imqatta’

Tuffieh 2, mqaxxra u mqattgha

Qxur tal-Laring 2 kuccarini mahkuka

Meraq tal-Laring 135ml

Brandy 135ml

Ghasel 135ml

Biex taghmel l-Ghagina:

Lamb Brand Plain Flour 500g

Lamb Brand Castor Sugar 4 imgharef

Margerina 270g

Bajd 2

Qoxra ta’ Lumija 2 imgharef, mahkuka

Trab tal-Vanilla niskata

Ghall-Mili: Hallat l-ingredjenti kollha sew u aghlaq go vazett bil-kamin. Aqleb il-vazett rasu ‘l isfel darba kuljum sakemm tkun ha tuzah. Ghalkemm din ir-ricetta tista’ ssir f’gurnata wahda, jekk tippreparaha minn gimgha qabel ir-rizultat ikun ahjar.

Ghall-Ghagina: Gharbel id-dqiq f’bieqja u hallat il-vanilla, iz-zokkor, il-butir u l-qoxra tal-lumija flimkien mad-dqiq mgharbul u l-bajd sakemm tifforma ghagina. Jekk hemm bzonn zid aktar ilma. Iftah l-ghagina fuq wicc miksi bi ftit dqiq, aqta’ forom ta’ crieki u poggihom fil-pjanca tal-pasti, imla l-forom bil-mince meat u erga’ ghatti bil-ghagina kif tiggosta, b’forom ta’ stilla jew weraq tal-holly, tista’ tghatti kompletament jew halli l-frott bla ghatu. Ahmi f’forn imsahhan minn qabel ghal 180°C u sajjar ghal madwar 10 jew 15-il minuta, sakemm jiehdu ftit kulur. Tista’ sservihom kemm shan kif ukoll keshin. Fl-ahhar ifrex ftit trab tal-icing sugar biex izzejjen. Jekk tkun hallejt numru ta’ mince pies mikxufin, tista’ sservihom bi ftit Topping Mix Whip Cream.

* L-ghagina tista’ tippreparaha minn qabel u tiffrizaha, halliha tinzel sew qabel ma tuzaha.

* Il-mince pies tista’ tippreparahom sa minn xahrejn qabel, u tippriservahom go kontenitur li jaghlaq sew fil-friza.