Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Couscous bir-Red Kidney Beans u Gbejniet

Din l-ikla hija ideali ghal dawk li ma jkollhomx hafna hin u jridu jsajru xi haga ta’ malajr. Din ir-ricetta tajba u facli biex taghmilha u tipprovdilek in-nutrijenti li ghandek bzonn minghajr dawk il-kaloriji zejda.

Isservi 4
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 30 minuta

Lamb Brand Couscous 400g

Lamb Brand Red Kidney Beans 200g

Lamb Brand Ground Black Pepper ½ kuccarina

Lamb Brand Table Salt ½ kuccarina

Lamb Brand Oregano ½ kuccarina

Bzaru Ahdar jew Ahmar 1, mqatta’

Tadam Zghir (cherry tomatoes) 1½ kikkra, maqsum min-nofs

Gbejniet Bojod 2, mqattghin

Tewm 1 sinna, mqattgha

Basla 1, mqattgha

Zebbug Iswed jew Ahdar ½ kikkra, bl-ghadma mnehhija u mqattgha

Zejt taz-Zebbuga 1 mgharfa

Stokk Vegetali jew tat-Tigieg 500ml, shun

Xarrab il-fazola (red kidney beans) mil-lejl ta’ qabel jew ghal 5 sighat. Biddel l-ilma u sajjar sakemm il-fazola tirtab. F’tagen kbir, sahhan iz-zejt fuq nar medju. Zid il-basal u t-tewm u sajjar ftit, sakemm tirtab il-basla, hawwad kultant. Zid ilbzar mqatta’ u kompli sajjar ghal madwar 5 jew 8 minuti. Zid it-tadam, il-fazola, l-melh, il-bzar u r-rignu (oregano). Imbaghad zid iz-zebbug u l-couscous u kompli hawwad sakemm jithallat kollox sew flimkien. Ferra’ l-istokk vegetali jew tat-tigieg, zid il-bicciet tal-gbejna fil-wicc.

Nehhi minn fuq in-nar, ghatti sewwa u halli ghal madwar 5 minuti jew sakemm ilcouscous jassorbi l-istokk kollu. Qabel ma sservi qalleb ftit il-couscous b’furketta. Jista’ jigi servut kemm shun kif ukoll kiesah.