Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Couscous bil-Pizelli u t-Tonn.

Din ir-ricetta nutrijenti hija ideali ghal dawk li jghixu hajja mghaggla. Mhux biss hija facli u ssir malajr, izda tista’ wkoll tinzamm fil-frigg u tittiekel aktar tard. Hija ikla tajba wkoll biex tehodha mieghek ix-xoghol.

Isservi 4 bhala l-platt principali, 8 bhala kontorn
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 60 minuta

Lamb Brand Couscous 200g

Lamb Brand Green Split Peas 200g

Lamb Brand Mild Curry Powder 1/8 kuccarina

Lamb Brand Mixed Herbs 1 kuccarina

Lamb Brand Fine Table Salt ghat-toghma

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Life Sun-dried Tomatoes 50g, mqattghin

Stokk tal-Hut 470ml

Tonn taz-Zejt 2 bottijiet, 160g kull wiehed

Bajd 2, iebsin u imqattghin fi flieli

Kurrat 3, mqattghin irqaq

Basla Vjola 1 zghira, mqattgha rqiqa

Zebbug Iswed 50g, mqatta’

Zejt taz-Zebbuga 3 mgharef

Meraq tal-Lumi 3 kuccarini

Lahlah u sajjar il-pizelli ghal madwar 20 minuta. Saffi u halliha tiksah. Sajjar ilcouscous fl-istokk tal-hut skont l-istruzzjonijiet ta’ fuq il-pakkett, hallih fil-genb sakemm jiksah kollu ghal uzu aktar tard. Sadattant hawwad flimkien it-tonn, il-pizelli (green split peas), il-kurrat, il-basla vjola, il-bajd iebes, it-tadam imqadded (sundried tomatoes), iz-zebbug iswed u l-curry. Hawwad sew halli tithallat it-toghma.

Go skutella separata hawwad flimkien iz-zejt taz-zebbuga, il-meraq tal-lumi, il-hwawar (mixed herbs), u l-bzar u l-melh. Habbat il-likwidu sew flimkien biex tinfirex it-toghma. Zid il-couscous mat-tahlita tat-tonn u hawwad kollox f’daqqa. Zid it-tahlita tal-lumi u z-zejt u hawwad kollox sew. Servi f’temperatura normali jew erfghu fil-frigg sakemm jrid jintuza.