Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Torta tat-Tamal u Berquq

F’din ir-ricetta tispikka l-hlewwa naturali tal-frott li jintuza fiha, importanti nghidu li ma ghandhiex zokkor mizjud. Ghaldaqstant jaghmilha dezerta ideali, b’ammont inqas ta’ kaloriji. Din ir-ricetta hi meqjusa ukoll tajba ghal min hu vegetarjan.

Taghmel landa ta’ 23cm
Isservi 6 sa 8
Hin ta' Preparazzjoni u tisjir: Madwar 120 minuta

Lamb Brand Wholemeal Flour 225g

Lamb Brand Pure Ground Almonds 50g

Lamb Brand Ground Cinnamon 1 kuccarina

Life Dried Apricots 225g, imqatta’

Goldstar Pitted Dates (Tamal) 225g, imqatta’

Hello Apple Juice 425ml

Qoxra tal-Lumija mahkuka

Margerina 100g, mqattgha bicciet zghar

Ilma 4 mgharef

Gharbel id-dqiq u hawdu flimkien mal-lewz u l-margerina, sakemm jigu simili ghall-frak tal-hobz. Zid l-ilma u ghaginhom flimkien sakemm jiffurmaw ghagina, halliha toqghod ghal madwar 30 minuta. 

Go borma itfa’ l-berquq u t-tamal flimkien mal-meraq tat-tuffieh, kannella u qoxra tal-lumi. Halli fuq in-nar gholi sakemm jaghli, imbaghad hallih ghal kwarta fuq nar baxx, sakemm il-frott jirtab u jkun jista’ jitghaffeg. Iftah l-ghagina u poggiha go turtiera tonda ta’ 23cm u aqta’ z-zejjed. Ifrex il-frott fit-turtiera, aghgen l-ghagina li jibqa’ u iftahha, aqtaghha fi strippi wisghin centimetru u poggihom fuq il-wicc tat-torta b’tali mod li jaghmlu disinn ta’ gradilja. Xarrab it-truf u ghaqqadhom malghagina tad-dawra. Sajjar gol-forn b’temperatura ta’ 200ºC ghall-madwar 25-30 minuta. Aqtaghha f’porzjonijiet u serviha, tista’ zzid xi ftit gelat jew panna.