Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Pasti bil-Mincemeat

Tkun taf li riesaq il-Milied meta dik ir-riha pjacevoli ta’ ‘mince pies’ jinhmew, tinxtered mad-dar kollha. Din ir-ricetta twassallek wahda mill-aktar hlewwiet popolari ghal dan l-istagun tal-Milied u zgur tkun apprezzata mill-familja u mill-hbieb.

Madwar 2Kg mincemeat / 120 pasta
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: 120 minuta - Idealment ipprepara 4 gimghat qabel isservi

Ghall-Mincemeat (120 pasta):

Lamb Brand Candied peel 200g

Lamb Brand Glaced cherries 200g

Lamb Brand Sultana 250g

Lamb Brand Currants (or Black Raisins) 250g

Lamb Brand Brown Sugar 225g

Lamb Brand Ground Cinnamon 1 kuccarina

Lamb Brand Ground Nutmeg ½ kuccarina

Lamb Brand Ground Ginger ½ kuccarina

Lamb Brand Blanched Almonds 115g, mfarrka

Life Apricots 115g, mqatta’

Tuffieh 500g, mqaxxar u mqatta’

Lumi 1, qoxra u meraq

Laring 1, qoxra u meraq

Vegetable Suet 175g

Brandy 3 mgharef, 120ml

Ghall-Ghagina (24 pasta):

Lamb Brand Auntie’s Mix Flour 500g

Lamb Brand Icing Sugar 60g, mgharbul

Lamb Brand Ground Cinnamon 1 kuccarina

Lamb Brand Fine Table Salt ¼ kuccarina

Guzelpinar Iced Water

120-160ml, 6-8 mgharef

Butir mhux Mielah 250g, mqatta’ kwadru

Isfar tal-Bajd 2

Ghall-‘Crumble’:

Lamb Brand Pure Ground Almond 50g

Lamb Brand Almonds Flakes 50g

Lamb Brand Brown Sugar 50g

Lamb Brand Mixed Spice ¾ kuccarina

Ghat-tahlita tal-mincemeat hawwad l-ingredjenti kollha, go skutella mhux tal-metall, hawwadhom sew sakemm ikun u thalltu l-ingredjenti kollha. Ghatti b’sarvetta nadifa u halli t-tahlita toqghod f’post frisk ghal jumejn, hawwad kultant. Poggi t-tahlita go vazetti sterilizzati, aghfashom ‘l isfel sew u thallix spazji tal-arja u aghlaqhom sew. It-tahlita ghandha bzonn minn tal-anqas erba’ gimghat biex toqghod qabel tintuza ghall-pasti. Malli jinfetah il-vazett, erfghu gol-frigg u uzah sa erba’ gimghat wara.

Jekk malli jinfetah il-‘mincemeat’ jidher ftit niexef, zidlu ftit brandy jew meraq tal-laring u hawwad bil-mod. Ghall-ghagina gharbel id-dqiq, il-kannella u l-melh go skutella kbira. Zid il-butir u ghagnu got-tahlita sakemm jiehu xehta ta’ frak tal-hobz. Zid il-qoxra tal-laring u l-‘icing sugar’ u hawwad sew. Aghmel hofra fin-nofs u zid l-isfar tal-bajd u hafna mill-ilma. Hawwad b’sikkina catta, bhallikieku qed taqta’ t-tahlita sakemm it-tahlita taghqad. Zid aktar ilma jekk ikun hemm bzonn. Aghgen it-tahlita fuq wicc miksi bid-dqiq u ffurmaha f’ballun. Ghattiha bil-plastik u halliha toqghod fil-frigg ghal madwar 20 minuta. Sadanittant hawwad l-ingredjenti kollha tal-‘crumble’ go skutella. Bil-lembuba iftah l-ghagina u aqta’ crieki tondi ta’ madwar 3” u poggihom go tilar tal-pasti. Imlihom bil-‘mincemeat’ u iksi l-wicc bil-‘crumble’. Sajjar go forn diga’ msahhan fuq 180° ghal madwar 15-20 minuta, dawwar it-tilar f’nofs sajran, sakemm il-‘crumble’ tal-wicc tiehu lewn kannella.

Halli l-pasti joqoghdu go kontenitur maghluq biex jibqghu friski. Il-pasti jistghu jigu ffrizati. Meta tohroghom mill-friza, hallihom jinzlu ghat-temperatura normali u sahhanhom fuq 180° ghal madwar 4-5 minuti.

Promo 1
Promo 2