Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Maccu di San Giuseppe

Din ir-ricetta tradizzjonali ghall-festa ta’ San Guzepp hija semplici biex taghmilha u ma tehodlokx hafna hin. 

Bnina fit-toghma u sustanzjuza din ir-ricetta tibqa’ xorta ideali biex isajjarha matul is-sena kollha.

 

Hin ta’ preparazzjoni u tisjir: 60 minuta

Isservi: 6-8

 

 

X’ghandek bzonn:

 

Lamb Brand Fava Beans 200g

Lamb Brand Whole Green Peas 200g

Lamb Brand Cannellini Beans 150g

Lamb Brand Chickpeas 100g

Lamb Brand Red Lentils 100g

Lamb Brand Fennel Seeds 20g

Lamb Brand Table Salt (ghat-toghma)

Lamb Brand Ground Black Pepper (ghat-toghma)

Life Sun-dried Tomatoes 2, mqattghin

Ilma 2.5L 

Spinaci frisk 900g, mqatta’

Buzbiez frisk 115g, mqatta’

Basla 1, mqattgha

Croutons

Zejt taz-Zebbuga

 

X’ghandek taghmel:

 

Xarrab il-fazola, l-pizelli u c-cicri separatament ghal 5 sieghat jew matul il-lejl. Jekk hu possibli biddel l-ilma kultant hin. 

Lahlahhom sew, poggihom f’kazzola u ghallihom. 

Zid l-ghads, il-basla, it-tadam, l-ispinaci, iz-zerriegha tal-buzbiez u il-buzbiez frisk, u hallli t-tahlita ttektek ghal madwar 40 minuta. 

Hawwar bil-bzar u l-melh u servi mal-cruotons.

Min jiggosta jista anke jferrex ftit zejt taz-zebbuga fil wicc.

 

Promo 1
Promo 2