Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Koxxa tal-Haruf bil-Frak tal-Hobz

Din hija ricetta facli u appetituza. Hija ideali ghall-Ghid u festi ohra. Servi din ir-ricetta bi croquettes tal-patata u kontorn. (Dawn ir-ricetti jistghu jinstabu fil-kategorija tas-Sopop, Insalati u Kontorn).

Isservi 6
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 180 minuta

Lamb Brand Breadcrumbs 200g

Lamb Brand Mixed Herbs 1 kuccarina

Lamb Brand Cooking Salt ghat-toghma

Lamb Brand Pepper ghat-toghma

Koxxa tal-Haruf 2 kg, minghajr ghadma

Butir 2 imgharef, imdewbin

Basla 1 kbira, mqattgha rqiqa

Stokk tat-Tigieg 500ml

Tuffieha 1 kbira, mqattgha slajsis

Zejt taz-Zebbuga 3 imgharef

Poggi l-koxxa tal-haruf f’dixx, preferibilment bix-xibka biex ix-xaham jinzel ghalih, imbghad poggi l-basla mqattgha madwar il-koxxa tal-haruf u ferra l-istokk tattigiega fuq kollox. F’bieqja zghira hallat il-frak tal-hobz, il-butir, iz-zejt u l-hwawar u iksi sewwa l-wicc tal-koxxa tal-haruf bit-tahlita. Ahmi minghajr ghatu f’forn msahhan 170°C (Gas Mark 3) ghal madwar siegha u nofs.

Zid it-tuffieha u erga’ sajjar ghal madwar nofs siegha ohra jew sakemm il-laham isir kif tixtiequ, (ghal medium-rare it-termometru gol-laham irid jaqra 145°C; medium, 160°C; well-done, 170°C). Halli l-laham joqghod sakemm issajjar ilcroquettes u l-haxix qabel tqattghu u sservi.

Promo 1
Promo 2