Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Insalata bil-Ghagin u c-Cicri

Insalata friska u nutrittiva hija l-ikla ideali ghal zminijiet aktar shan; ilfatt li din ir-ricetta tista’ tigi preparata minn qabel hija ideali bhala ikla ghal hdejn il-bahar.

Isservi 5
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 50 minuta

Lamb Brand Chickpeas 200g

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Table Salt ghat-toghma

Lamb Brand Oregano 10g

Che’ Pasta Lisce Grossi 500g

Basla 1 mqattgha

Zebbug 85g

Zejt taz-Zebbuga 30ml

Parmiggjan 40g, mahkuk

Hall Ahmar 60ml

Tursin Frisk ftit, mqatta’

Halli c-cicri (chickpeas) jixxarrbu ghal madwar 5 sighat jew matul il-lejl. Saffi mill-ilma taghhom, poggihom f’borma u gharraqhom sewwa f’ilma nadif u sajjar ghal 30 minuta. Saffihom u warrab fil-genb. Sajjar l-ghagin u hallih al dente skont il-pakkett. Saffih u lahlah taht ilma kiesah. Hallih jiksah sew jew poggih fil-frigg.

F’borma jew tagen fond sahhan ftit iz-zejt fuq nar medju. Zid iz-zebbug, ir-rignu, it-tursin, il-basla u c-cicri. Sajjar fuq nar baxx ghal madwar 20 minuta. Halli din it-tahlita tiksah sewwa. F’bieqja kbira, hallat l-ghagin mat-tahlita tac-cicri. Zid ilhall u l-gobon mahkuk u hawwar bil-melh u bzar kemm tiggosta. L-ahjar thalli l-insalata fil-frigg matul il-lejl qabel isservi.

Promo 1
Promo 2