Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Hobza bl-Ghads

Din ir-ricetta ggiblek alternattiva ghall-‘meatloaf’ tradizzjonali. Mimlija nutrienti, hija ideali ghal dawk li jippreferu jieklu ikel tajjeb ghas-sahha kif ukoll ghal dawk vegetarjani.

Isservi 6
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 90 minuta

Lamb Brand Mixed Lentils 200g

Lamb Brand Breadcrumbs 225g

Lamb Brand Chilli Flakes ½ kuccarina

Lamb Brand Fine Salt ghat-toghma

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Stokk tal-Haxix 500ml

Zejt taz-Zebbuga 1½ mgharfa

Sinna Tewm 1, mqattgha

Basla 1, mqattgha

Zkuk tal-Karfus 2, mqattghin zghar

Bzar Ahmar 1, mqatta’

Faqqiegh 130g, mqatta’ zghir

Gobon Cheddar 150g, mahkuk

Tursin Frisk 3 mgharef, mqattghin

Bajd 1, shiha, 1 l-abjad tal-bajd imhabbat

Lahlah sew l-ghads taht l-ilma, poggih go kazzola u zid l-istokk. Hallih jiftah jaghli. Baxxi n-nar, ghattih u hallih isir ghal madwar 20 minuta. Sahhan iz-zejt go tagen u zid il-basal. Sajjar ghal 3 minuti jew sakemm jirtab. Zid il-karfus, il-bzar ahmar, it-tewm u l-frak tac-‘chilli’ u l-faqqiegh. Sajjar waqt li thawwad kultant ghal madwar 10 minuti.

Zid il-haxix moqli mal-ghads u l-istokk, hawwad maghhom il-gobon, il-frak talhobz, it-tursin u l-bajd. Hawwad sew u zid il-bzar u l-melh ghat-toghma. Iksi landa bil-karta tal-forn, u zid it-tahlita fiha. Sajjar go forn ga msahhan fuq 180°C ghal siegha jew sakemm tkun soda hekk kif tmissha. Halliha toqghod u tiksah ghal madwar 10 minuti qabel ma tohrogha mill-landa. Aqtaghha fi flieli u servi flimkien ma’ ross ismar imsajjar fuq il-fwar u nsalata hadra.

Promo 1
Promo 2