Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
No Cook Nut Bar

Dawn il-pastini tal-gewz mhux biss huma facli biex taghmilhom, izda huma wkoll is-sors ideali ta’ proteini ghal dawk li jibqghu ghaddejjin bl-impenji taghhom. Huma wkoll alternattiva iktar tajba ghas-sahha tattfal tieghek, meta mqabbla mac-cikkulata.

Isservi 30
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 15-il minuta

Lamb Brand Hazelnuts 100g, inkaljati

Lamb Brand Blanched Almonds 100g, inkaljati

Lamb Brand Blanched Peanuts 50g, inkaljati

Lamb Brand Pine Nuts 50g, inkaljati

Lamb Brand Golden Raisins 100g

Lamb Brand Oat Flakes 50g

Lamb Brand Sesame Seeds (gunglien), 50g

Life Pumpkin Seeds Heart (zerriegha tal-qargha hamra), 50g

Rice Krispies Cereal 45g

Peanut Butter 340g

Ghasel 236ml

Icam Melting Dark Chocolate (jekk trid)

Go skutella hawwad il-gewz kollha, iz-zerriegha, l-oats u z-zbib. Go kazzola ta’ daqs medju, holl il-‘peanut butter’ u l-ghasel fuq nar baxx. Zid it-tahlita tal-ghasel mat-tahlita tal-gewz u hawwad sew.

Ippressa t-tahlita go tilar ta’ 11” x 13” / 28 x 33cm, miksi bil-karta tal-forn. Ghatti l-wicc bil-karta tal-forn ukoll u poggi xi haga tqila fil-wicc. Idealment tpoggi xi borma tqila jew bricks zghar fuq tilar iehor biex jinqasam it-toqol. Wara ftit minutidahhalha fil-frigg ghal mhux anqas minn saghtejn jew matul il-lejl. Servi billi taqtaghha f’bicciet kwadri ta’ madwar 2” / 5cm. Dawn tista’ ukoll tiffrizahom ghal mhux aktar minn xahar u sservihom ‘il quddiem.

Jekk tippreferi t-toghma tac-cikkulata, holl ftit cikkulata banju marija u iksi naha wahda ta’ dawn il-pastini.

Promo 1
Promo 2