Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Xikel tal-Haruf bic-Cicri u Frott Niexef

Din hija ricetta spirata mill-kcina Marokkina. Il-frott jghin biex jaghti palat u toghma bnina. Ghalkemm ir-ricetta fiha hafna ingredjenti, hija facli hafna biex tippreparaha, hija ikla kompluta, bnina u nutrijenti wkoll.

Isservi 2 porzjonijiet
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 165 minuta

Lamb Brand Chickpeas 200g

Lamb Brand Currants 50g

Lamb Brand Sultanas 50g

Lamb Brand Black Raisins 50g

Lamb Brand Ground Black Pepper ½ kuccarina

Lamb Brand Cooking Salt ½ kuccarina

Lamb Brand Fennel Seeds ½ kuccarina

Lamb Brand Ground Cumin 1 mgharfa

Lamb Brand Ground Coriander 2 ½ kuccarini

Lamb Brand Cayenne Pepper ½ kuccarina

Lamb Brand Cinnamon Sticks 3

Lamb Brand Ginger 1 mgharfa

Lamb Shanks 2, 1.3kg

Basla 1 kbira, mqattgha rqiqa

Kunserva 1 mgharfa

Stokk tat-Tigieg 2 kikkri

Tadam 2 kbar, mqattghin

Qoxra ta’ Lumija 2 kuccarini

Zejt Vegetali 1 mgharfa

Xarrab ic-cicri (chickpeas) mil-lejl ta’ qabel jew ghal 5 sighat. Biddel l-ilma u sajjar sakemm ic-cicri jirtab. Hallat il-hwawar kollha tax-xikel go kontenitur zghir u iksi sewwa x-xikel tal-haruf b’dawn il-hwawar. Sahhan ftit zejt go borma u aqli ftit ix-xikel sakemm jihmar minn kullimkien (madwar 8 minuti). Poggi x-xikel fi platt sakemm issajjar il-kontorn. Go l-istess borma zid il-basla u l-kunserva.

Baxxi n-nar u sajjar sakemm tirtab il-basla, bejn 5 u 7 minuti. Zid l-istokk, iccicri, il-frott niexef (currants, sultanas, raisins), it-tadam, il-bsaten tal-kannell (cinnamon sticks), il-ginger u l-qoxra tal-lumi u sajjar sakemm jiftah jaghli filwaqt li thawwad biex taqla’ dak li jista jehel mal-qiegh tal-borma. Poggi x-xikel lura fil-borma mal-ingredjenti l-ohra u sajjar sakemm jiftah jaghli. Baxxi n-nar, ghatti u kompli sajjar ghal madwar saghtejn. Wara siegha sajran aqleb ix-xikel ta’ taht fuq. Nehhi l-ghatu u sajjar sakemm taghqad iz-zalza, madwar 20 minuta. Hawwar bil-melh u l-bzar ghall-gosti tieghek. Servi fuq sodda ta’ couscous u pita bread.

Promo 1
Promo 2