Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Insalata bil-Couscous

Insalata hija maghrufa l-aktar bhala ikla friska tas-sajf, però tista’ tisserva s-sena kollha bhala l-ikla kif ukoll bhala kontorn. Il-varjetà ta’ ingredjenti li jistghu jintuzaw ghal dawn ir-ricetti jaghmilhom ikla semplici u tajba li titgawda minn kulhadd.

Isservi ikla ghal 4 jew 6 sa 8 bhala kontorn
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 60 minuta

Lamb Brand Couscous 200g

Lamb Brand Golden Raisins 100g

Lamb Brand Blanched Almonds 100g

Lamb Brand Red Kidney Beans 100g

Life Dried Soft Apricots 100g

Lamb Brand Black Ground Pepper ¼ kuccarina

Lamb Brand Mild Curry 1 kuccarina

Stokk tat-Tigiega (jew tal-haxix) 300ml

Qarabaghli Twil 1

Tadama 1 kbira

Tursin Frisk 100g

Basla Vjola 1 zghira

Meraq tal-Lumi Ahdar 60ml

Zejt taz-Zebbuga Extra Virgin 30ml

Go kazzola ta’ daqs medju, hawwad l-istokk, qarabaghli, curry u bzar. Ghatti u halli jsir fuq nar gholi sakemm jaghli. Zid il-couscous, berquq niexef u zbib. Nehhi l-kazzola minn fuq in-nar u hallih joqghod ghal madwar 10 minuti. Sadanittant sajjar il-lewz go tagen, fuq nar medju, hawwad kultant hin, sakemm jinxtewa. Ferrxu fuq platt u hallih jiksah.

Hawwad il-couscous b’furketta, u poggieh go skutella mdaqqsa. Ghattih u hallih joqghod ghal 20 minuta. Zid il-fazola (li tkun sajjart qabel), tadam, tursin, basla vjola, meraq tal-lumi u zejt mal-couscous u hawwad sew. Erga’ ghattih u hallih joqghod ghal madwar 30 minuta ohra, jew poggieh fil-frigg sakemm tigi biex isservi. Ferrex il-lewz fil-wicc qabel isservi. Din ir-ricetta fiha madwar 350 kalorija.

Promo 1
Promo 2