Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Soppa bit-Tortellini

Din ir-ricetta tohloq ikla li hija tahlita bejn soppa u stuffat. Hija ricetta li timlik u ssahnek, ghalhekk hija ideali bhala ikla xitwija.

Isservi 6
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 50 minuta

Lamb Brand Tortellini Ham 400g

Lamb Brand Black Eye Beans 100g

Lamb Brand Oregano 1 kuccarina

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Fine Salt ghat-toghma

Stokk Vegetali 1 Litru u nofs

Zunnarija 1 (Madwar 150g)

Patata 1, ta’ daqs medju

Pastard 150g

Fazola Twila 100g

Basla Vjola 1, zghira

Tewm 2 sinniet

Werqa Randa 1

Zalza tat-Tadam 2 bottijiet

Parmiggjan 2 mgharef, mahkuk ghall-wicc

Xarrab il-fazola ghal 5 sieghat jew preferibilment matul il-lejl, lahlahha u sajjarha ghal madwar 30 minuta jew sakemm tirtab. Sahhan borma ta’ daqs medju u sajjar il-basal u t-tewm ghal madwar 3 minuti.

Sadanittant qatta’ z-zunnarija, l-patata, l-pastard u l-fazola twila u zidhom filborma. Zid iz-zalza u l-istokk u hawwad sew. Zid il-fazola msajra flimkien mar-rignu, r-randa, bzar u melh. Hallih jiftah jaghli, ghattih u sajjar ghal madwar 30 minuta jew sakemm jirtab il-haxix. Fl-ahhar zid it-tortellini u sajjar ghal madwar 10 minuti ohra. Servih jahraq, bi ftit parmiggjan mahkuk fil-wicc.

Promo 1
Promo 2