Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Pizza Nutrijenti bil-Hummus

Qieghed tfittex ricetta li tista’ sservi lill-mistednin tieghek waqt xi festin? Mela din hija r-ricetta ideali ghalik. Nutrijenti kif ukoll b’toghma bnina, tista’ izzidilha l-ingredjenti favoriti tieghek biex ittiha dik iddehra aktar attraenti.

Taghmel 2
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 90 minuta

Ghall-Ghagina:

Lamb Brand Wholemeal Flour 400g

Lamb Brand Auntie’s Mix 200g

Lamb Brand Table Salt 1 kuccarina

Ilma Fietel 1 kikkra

Hmira 2 kuccarini

Zokkor 1 kuccarina

Zejt taz-Zebbuga 2 imgharef

Hummus ghall-Mili:

Lamb Brand Chickpeas 200g

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Table Salt 1 kuccarina

Tahini 1 mgharfa

Tewm 2 sinniet

Zejt taz-Zebbuga 4 imgharef

Meraq tal-Lumi 2 imgharef

Ghall-Ghagina: Hallat il-hmira u l-ilma flimkien. Stenna sakemm tara r-raghwa. Zid l-ingredjenti l-ohra u hawwad sewwa. Zid ftit aktar dqiq u aghgen l-ghagina ghal madwar 20 minuta. Ghattiha bi cling film u halliha tistrieh ghal 10 minuti sakemm toghla. Sawwat l-ghagina (bil-ponn), ifforma f’zewg blalen u ccattja fid-dixx tal-pizza li tkun dlikt biz-zejt minn qabel. Ahmi f’forn ga msahhan ghal 220ºC ghal madwar 20 minuta.

Ghall-Hummus: Xarrab ic-cicri (chickpeas) ghal 5 sighat jew matul il-lejl. Lahlah mill-ilma. Poggi go borma zghira, ghatti sewwa c-cicri bl-ilma, ghatti l-borma blghatu u sajjar ghal madwar 30 minuta. Saffi, warrab ftit ilma minn tas-sajran taccicri u hallihom jikshu. F’food processor itfa’ t-tewm u idhnu. Zid ic-cicri, t-tahini u l-meraq tal-lumi u idhan kollox. Zid iz-zejt bil-mod u wara zid l-ilma tac-cicri sakemm ikollok konsistenza kremuza imma soda. Jekk ikun hemm bzonn zid l-ilma ftit ftit.

Ghall-Pizza: Idlek l-ghagina (misjura) bil-Hummus u zid l-ingredjenti favoriti tieghek, bhall-irkotta, tadam frisk jew imqadded, zebbug, kappar ecc. Servi kif tkun ghadha shuna, jew erga sahhan ghal ftit minuti ezatt qabel ma’ sservi.

Promo 1
Promo 2