Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Soppa tat-Tigieg u Cicri

Qeghdin tippruvaw tevitaw hafna kaloriji? Din ir-ricetta tipprovdilek ikla kompluta u tajba ghas-sahha, ideali bhala ikla hafifa ghal nofsinhar jew bhala l-ewwel platt.

Isservi 4
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 45 minuta

 

Lamb Brand Chickpeas 200g

Lamb Brand Chilli Flakes ½ kuccarina

Lamb Brand Cinnamon Stick 1

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Fine Salt ghat-toghma

Zejt taz-Zebbuga 2 mgharef

Saqajn tat-Tigieg 500g, mqattghin

Basla 1 kbira, mqattgha

Sinniet Tewm 2, mqattghin

Zunnarija 2 kbar, mqattgha

Kunserva 1 mgharfa

Stokk tat-Tigieg 1 litru

Indivja Friska 1, medja

Bzar tal-Jalapeno ghat-tizjin

Xarrab ic-cicri ghal 5 sighat jew matul il-lejl, lahlahha u sajjarha ghal madwar 30 minuta jew sakemm tirtab. Go borma kbira, sahhan mgharfa zejt u zid it-tigieg, sajjar fuq nar gholi ghal madwar 3 minuti, jew sakemm jihmaru. Nehhihom millborma u erfaghhom ghal aktar tard. Sahhan il-bqija taz-zejt, zid il-basal u sajjar ghal 2 minuti. Zid it-tewm u z-zunnarija u sajjarhom ghal 2 minuti ohra. Issa zid il-kunserva, ic-chilli flakes u nofs kikkra stokk u sajjar ghal minuta.

Erga’ zid it-tigieg fil-borma flimkien mal-bqija ta’ l-istokk u l-kannella u hallih jiftah jaghli. Aghmlu fuq nar baxx u hallih ghal madwar 30 minuta. Zid ic-cicri u kompli sajjar ghal madwar 15-il minuta sakemm ic-cicri ssir sew. Nehhi l-istikka tal-kannella, zid il-bzar u l-melh. Fl-ahhar, zid l-indivja u hawwad sew sakemm il-haxix jidbiel. Zejjen bi ftit bzar tal-Jalapeno fil-wicc ghat-toghma.

Promo 1
Promo 2