Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Torta bit-Tigieg u l-Perzut

Din ir-ricetta tfakkrek fit-toghma tajba tat-torta ta’ dari izda b’metodu mhux daqshekk tradizzjonali. Din it-torta bis-saffi tipprovdilek toghma bhal qatt qabel.

Isservi 8
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 100 minuta

Ghall-Ghagina:

Lamb Brand Auntie’s Mix Flour 375g

Butir 180g, mqatta’ f’bicciet kwadri

Ilma Kiesah 44ml

Bajd 1, imhabbta ftit

Ghall-Mili:

Lamb Brand Parsley 2 mgharef

Lamb Brand Mixed Herbs 1 kuccarina

Kapuljat tat-Tigieg 1kg

Gammon 200g

Bajd 2, imhabbtin ftit

Basal Ahdar 3, mqattghin irqaq

French Mustard 2 mgharef

Krema 80ml

Ghall-Ghagina: Gharbel id-dqiq go skutella, go ‘food processor’ hallat id-dqiq flimkien mal-butir sakemm jaghtu xehta ta’ frak tal-hobz. Zid l-ilma bil-mod u kompli hawwad ghal madwar 20 minuta. Ahdem l-ghagina fuq wicc bi ftit dqiq, u fforma f’ballun. Iftah ? tal-ghagina u ifrixha fuq turtiera ta’ madwar 20cm, halli ftit ghagina zejda fit-tarf. Ghatti bi ‘cling film’ u poggiha fil-frigg ghal ftit tal-hin. Ghatti l-bqija tal-ghagina u poggiha fil-frigg biex tuzaha iktar ‘il quddiem.

Ghall-Mili: Hawwad il-kapuljat tat-tigieg, il-hwawar (mixed herbs u parsley), ilbajd, il-basal ahdar, it-tursin, il-mustarda u l-krema. Hawwadhom sew. Uza ? tal-mili u iksi l-ghagina bih. Fuq il-mili zid nofs il-gammon, kemm tghatti l-mili, erga’ uza ? tal-mili u ghatti il-gammon bih. Erga’ irrepeti l-procedura bil-bqija tal-gammon u l-mili. Ghaddi t-truf tal-ghagina bil-bajda mhabbta, iftah il-bqija talghagina u uzaha bhala wicc. Ghafas it-truf tal-ghagina flimkien halli jaghqdu. Nehhi l-ghagina zejda u iksi l-wicc tat-torta bil-bqija tal-bajd. Sajjar go forn ga msahhan fuq 180°C ghal madwar siegha jew sakemm tihmar. Halliha tiksah ftit u servi.

Promo 1
Promo 2