Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Zokk tal-Milied

Din hija ricetta facli li m’ghandhiex bzonn sajran. Hija popolari malfamilja kollha specjalment mat-tfal. Hija ricetta li t-tfal jiehdu gost jippreparaw bl-ghajnuna tal-genituri jew nanniet.

Taghmel 2 zkuk ta’ madwar 30cm tul u 6cm gholi
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 60 minuta

Biex taghmel iz-Zokk:

Lamb Brand Glace Cherries 150g

Lamb Brand Candied Peel 150g

Lamb Brand Walnuts 200g

Lamb Brand Hazelnuts 100g

Lamb Brand Almonds 100g

ICAM Milk / Fondent Chocolate Bar 150g

Gallettini Plejn 450g

Halib Maghqud (Condensed) 2 bottijiet

Brandy 450g

Biex Tiksi u Zzejjen:

Lamb Brand Icing Sugar 1 mgharfa

ICAM Milk / Fondent Chocolate Bar 150g

Xi tizjin iehor tal-gosti tieghek.

Inkalja l-gewz (hazelnuts) u l-lewz (almonds) f’forn ga msahhan fuq 180oC ghal madwar 10 minuti sakemm jiehdu ftit kulur. Farrak il-gallettini, l-gewz, l-lewz u l-gellewz. hokk ic-cikkulata.

Hallat l-ingredjenti kollha f’salt u aghgen sew b’idejk. Aghmel forma ta’ zokk bit-tahlita u iksi b’karta strazza, dahhal fil-frigg ghal madwar 12-il siegha biex jaghqad. Nehhi z-zokk tal-Milied mill-karti u iksi bic-cikkulata mahlula banju marija, meta tinxef ic-cikkulata, ferrex ftit trab tal-Icing Sugar u zejjen ghall-gosti tieghek.

Promo 1
Promo 2