Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Mili bil-Couscous

Din hija ricetta li zgur tolqot il-gosti ta’ kulhadd, hi ideali ghall-mili ta’ kull tip ta’ laham, madanakollu jekk tippreferi tista’ timla wkoll tjur. Ghallverzjoni vegetarjana tista’ wkoll tintuza ghall-mili ta’ qarabaghli jew bzar imdaqqas. Hawn uzajna dan il-mili biex imlejna falda.

Isservi ghall-mili ta’ 1.5kg Falda jew Tigiega jew 6 Qarabaghliet jew Bzar Imdaqqas
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 20 minuta

Lamb Brand Couscous 200g

Lamb Brand Ground Cinnamon 2 kuccarini

Lamb Brand Ground Ginger 1 kuccarina

Lamb Brand Turmeric 1 kuccarina

Lamb Brand Pistachios jew Almonds 60g, bla qoxra u mqatta’

Lamb Brand Minced Garlic 2 kuccarini

Lamb Brand Currants 50g

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Salt ghat-toghma

Life Dried Apricots 60g, mqatta’

Butir 2 mgharef

Basla 1 zghira, imqattgha

Stokk tat-Tigieg/Haxix 300ml

Tursin Frisk 60g, imqatta’

Sahhan il-butir fuq nar medju go kazzola. Zid il-basal, tewm, kannella (cinnamon), ginger u turmeric, sajjar ghal 3 jew 4 minuti sakemm tirtab il-basla. Zid il-couscous, hawwad sew ghal madwar 1 jew 2 minuti sakemm jithallat sew mall-hwawar u l-butir. Zid l-istokk, sakemm jaghli, nehhi minn fuq in-nar u hallih joqghod ghal-5 minuti sakemm il-couscous jassorbi l-ilma kollu. Hawwad il-couscous b’furketta. Zid il-berquq (apricots), zbib (currants), pistacci jew lewz u tursin kif ukoll il-bzar u l-melh kemm tiggosta. Imla l-ingredjent favorit tieghek u sajjar skond il-bzonn.

Promo 1
Promo 2