Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Torta tan-Nanna Lucy

Din ir-ricetta tradizzjonali mhux daqstant komuni, maghrufa aktar bhala ftira milli torta, minhabba li l-wicc taghha ma jkunx kompletament mghotti. It-toghma tat-‘Torta tan-Nanna Lucy’ zgur ghandha tkun apprezzata mill-familja kollha li tkun migbura ghall-ikel.

Isservi ikla ghal 4 - 6
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 60 minuta

Ghall-mili:

Lamb Brand Mint 1 mgharfa

Ross 200g

Zebbug 50g

Tonn taz-Zejt 1 landa madwar 160g

Zejt taz-Zebbuga

Basal 1

Qargha hamra 750g

Basal Ahdar 2/3

Ghall-ghagina:

Lamb Brand Plain Flour 1/2 kg

Lamb Brand Cooking Salt 2 imgharef

Margerina 300g

Ilma 8-12 imgharef

Bajda 1

Ghall-ghagina:

Gharbel id-dqiq u hallat mal-butir, ilma kiesah u bajda sakemm tigi ghagina. Kebbibha fi ‘stretch and seal’ u halliha toqghod gol-frigg ghal madwar nofs siegha.

Ghall-mili:

Qatta’ l-haxix f’bicciet kwadri zghar. Aqli l-qargha hamra, basal u l-basal ahdar go tagen biz-zejt taz-zebbuga ghal madwar 10 minuti. Zid ir-ross u hawwad, zid kwart ta’ kikkra ohra ilma, hawwad ghal 5 minuti u itfih.

Zid it-tonn taz-zejt, iz-zebbug u n-naghniegh, hawwad kollox. Iftah l-ghagina billembuba u ghatti t-turtiera, u halli l-ghagina zejda fit-truf. Habbat il-bajda u izboh l-ghagina biex taghlaqha u b’hekk ma tassorbix il-mili u l-ghagina ma tixxarrabx.

Zid il-mili u dawwar l-ghagina tat-truf ghal fuq il-mili u ghatti biss kwart mit-torta. Sajjar go forn msahhan fuq 200°C ghal madwar siegha.

Promo 1
Promo 2