Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Involtini tal- Pixxispad

Din ir-ricetta hija popolari hafna mal-girien taghna fi Sqallija. Ricetta facli li tista’ tissajjar kemm fil-forn kif ukoll mixwija taht il-grill. 

 

X’Ghandek Bzonn:

Lamb Brand Breadcrumbs 200g

Lamb Brand Pine Nuts 25g

Lamb Brand Golden Raisins 25g

Lamb Brand Basil ½tsp, kuccarina

Lamb Brand Table Salt (ghat- toghma)

Lamb Brand Ground Black Pepper (ghat- toghma)

‘Life’ Sun Dried Tomatoes 200g, imqatta’

Stejks tal- Pixxispad 800g, mqattghin irqaq

Tadam 800g, imqaxrin u mqattghin

Zebbug Iswed 100g, (bla ghadma u mqattghin irqaq)

Basal 2 qies medju, mqattghin irqaq

Karfusa 1, imqattgha rqiq

Kappar 50g, imqatta’ rqiq

Gobon Romano 100g, mahakuk 100g

Zejt taz-Zebbugga, 2 imgharef

 

Sahhan maghrfa zejt f’tagen u aqli basla wahda, nofs il- kappar, nofs iz- zebbugg u nofs il- karfus. 

Zid ukoll bicciet tal- Pixxispad u ftit bzar u melh. 

Nehhihom minn fuq in- nar u hallihom jikshu ghal ftit

Meta it- tahlita tibred, zid il-frak tal-hobz (breadcrumbs), il- habaq (basil) u l-gobon u hallat kollox sew.

Qasam il-mili bejn l-istejks tal- pixxispad u irromblhom. 

Sahhan il-kumplament taz-zejt u aqli l- basla sakemm issir kannella u zid il-kumplament tal- kappar, karfus u zebbugg. 

Zid ukoll il- pine nuts, Zbib (Raisins) u t-tadam imqadded.

Hallat kollox flimkien waqt li z-zid it-tadam, u bzar u melh ghat- toghma.

Sajjar fuq nar baxx ghal 20 minuta. 

Poggi l-involtini goz-l zalza u sajjarhom ghal madwar 10 minuti ohhra.  

 

Servi mal bil- haxix ta’ l-ghazla tieghek u couscous. 

Promo 1
Promo 2