Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Soppa tal-Hut u l-Ghads Ahmar

Din ir-ricetta ggib fuzjoni bejn kultura Mediterranja u dik Gharbija u hija originata mill-Egittu. Is-sopop huma l-aktar ikliet popolari biex izommuk shun fix-xhur keshin u din ir-ricetta zgur ghandha tkun wahda minn tal-ewwel fil-lista.

Isservi 6
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 50 minuta

Lamb Brand Red Lentils 200g

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Fine Salt ghat-toghma

Lamb Brand Cayenne Pepper (jew Chili Powder) ¼ kuccarina

Basla 1, kbira u mqattgha

Karfus 2, mqattghin

Zunnarija 1, kbira u mqattgha

Zejt taz-Zebbuga 4 mgharef

Stokk tal-Hut 1litru / 4½ kikkri

Fish Sauce 4 mgharef

Bouquet Garni 1 * (jew 2 kuccarini Mixed Herbs)

Merluzz Abjad ½kg, mqatta’ f’bicciet kwadri ta’ madwar 1’’-il wahda

Gambli Medji ½kg, mqaxxrin

Gbejna Bajda ftit, ghat-tizjin

Croutons biex isservi

Go borma kbira sahhan 2 mgharef zejt taz-zebbuga. Zid il-basal, karfus u zunnarija. Sajjar ghal madwar 10 minuti. Sadanittant lahlah l-ghads u zid filborma. Zid l-istokk tal-hut, u zewg mgharef ‘fish sauce’. Hawwad sew u zid il-‘bouquet garni’ flimkien mal-bzar u l-melh. Ghatti u sajjar ghal madwar 15–il minuta jew sakemm l-ghads jirtab. Go tagen sahhan 2 mgharef zejt taz-zebbuga u aqli l-merluzz miz-zewg nahat, nehhi mit-tagen u sajjar il-gambli. Zid maghhom il-bqija tal-‘fish sauce’ u sajjar sakemm il-gambli jiehdu lewn roza. Ghaddi l-hut minn napkins halli jassorbu z-zejt zejjed.

Ghaddi s-soppa go food processor, poggiha fil-borma, zid il-merluzz u l-gambli u sahhan ghal madwar 5 minuti. Tista’ zzid iktar stokk jekk is-soppa tidher maghquda wisq.

Servi s-soppa, bil-bicciet tal-gbejna u croutons fil-wicc.

* Il-‘bouquet garni’ (espressjoni bil-Franciz li tfisser ‘’bukkett tal-hwawar’’) huwa numru ta’ hwawar marbutin flimkien. Il-bukkett jissajjar mal-ingredjenti l-ohra, imma jitnehha qabel jisserva l-ikel. M’hemm l-ebda ricetta generika ghal bouquet garni, imma l-aktar li jinkludi huma tursin, saghtar u rand. Xi kultant jinkludi wkoll, habaq, klin, bzar shih u tarragon. Haxix bhal zunnarija, karfus, kurrat, basal u gheruq tat-tursin xi kultant huma mizdudin ukoll fil-bukket. Il-bouquet garni jista’ wkoll jinxtara f’boroz zghar tax-xibka jew f’forma ta’ ‘teabag’.

Promo 1
Promo 2